Disa’ persuni, allegatament involuti fit-traffikar ta’ droga, ġew arrestati f’żewġ operazzjonijiet
li saru mill-Pulizija matul il-jum tat-Tlieta.
Wara investigazzjonijiet intensivi, il-pulizija ċċirkondat garaxx f’San Pawl il-Baħar.
Minn tfittxija li saret fih, il-Pulizija sabet madwar 15-il kilo sustanza suspettata droga kokaina, bil-valur fit-triq, li kieku nbiegħet, kien ilaħħaq iż-€2 miljuni.
B’rabta ma’ dan il-każ, il-Pulizija għamlet ukoll tfittxija f’residenza fil-Gżira. Minn dawn iż-żewġ
postijiet, ġew arrestati żewġ Maltin u erba’ Taljani.
Fl-operazzjoni l-oħra, fil-Ħamrun u Ħal Qormi, ġew arrestati tliet Maltin. Fi tfittxija li saret, fil-pussess tagħhom, instabet ammont ta’ kokina u eroina.
Il-persuni arrestati qegħdin jinżammu fil-lockup tal-Pulizija fil-Kwartieri Ġenerali l-Floriana
għal aktar stħarrig.
Il-Maġistrat tal-Għassa Nadine Lia qiegħda tmexxi inkjesta.
//= $special ?>