Lokali Qorti

Raġel li nefaq €80,000 fi droga mixli b’serq biex jissostanzja l-vizzju

Raġel ta’ 41 sena li qal lill-Pulizija li nefaq €80,000 li wiret biex jissostanzja l-vizzju tad-droga inżamm arrestat wara li ġie mixli li ta għas-serq wara li nefaq kollox. Kevin Camilleri wieġeb mhux ħati li nhar il-Ħadd li għadda u l-għada ikkommetta serq ta’ credit cards u u għodda minn vettura, liema serq sar kollu ġewwa Tas-Sliema.

L-Ispettur Jonathan Ransley qal lill-Maġistrat Yana Micallef Stafrace li kienet qed tippresiedi l-każ li sitt xhur ilu Camilleri ħareġ mill-ħabs u f’temp ta’ ħames nefaq dak kollu li wiret fuq id-droga. Minħabba l-lublieba tiegħu għad-droga, qal l-Ispettur Ransley, Camilleri ta għas-serq.

Hu ġie mixli li s-serq li wettaq kien ta’ aktar minn €233 iżda inqas minn €2,333 filwaqt li ġie mixli wkoll li pprova jisraq minn vettura  oħra f’Tas-Sliema, liema serq ma sarx minħabba xi ħaġa aċċidentali u indipendenti mill-volontà tiegħu. Huwa ġie mixli wkoll li sar reċidiv.

Saret talba mill-Avukat tiegħu Joe Brincat għall-ħelsien mill-arrest, liema talba ġie oġġezzjonata mill-Qorti wara li l-prosekuzzjoni qalet li dan ikun ta’ periklu minħabba l-problema li għandu fuq il-vizzju tad-droga fejn jista’ jerġa’ jikser difrejh mal-liġi.