Futbol Sport

Round ta’ Kwalifikazzjoni EURO 2024: Tasal l-ewwel rebħa għall-Italja taħt Spalletti

(Ritratt: EPA)

Fi Stadio Giuseppe Meazza minn Grupp C. l-Italja għelbet lill-Ukrajna 2-1.

Mid-draw ta’ 1-1 kontra l-Macedonja ta’ Fuq l-Italja riedet bilfors tirbaħ biex iżżomm il-pass mal-grupp ta’ fuq fil-klassifika bl-istess ammont ta’ punti daqs l-istess Ukrajna u l-Macedonja.

Wara biss 12-il minuta l-Italja fil-vantaġġ. Minn azzjoni ta’ Mattia Zaccagni lejn Davide Frattesi li għeleb lil Georgiy Bushchan. Reazzjoni minima mill-Ukrajna l-aktar wara li fid-29 minuta it-Taljani meritatament irdoppjaw għal darb’oħra permezz ta’ Frattesi.

Minkejja li l-Italja baqgħet fuq l-offensiva, fit-42 minuta wara li Donnarumma salva fil-baxx fuq Artem Dovbyk, kien Andriy Yarmolenko li naqqas l-iskor. 2-1 fi tmiem l-ewwel taqsima , riżultat li biħ intemmet ukoll il-partita u l-ewwel rebħa taħt it-tmexxija ta’ Luciano Spalletti għall-Azzurri.

F’Estadio Nuevo Los Carmenas minn Grupp A Spanja 6-0 Ċipru

Ebda problema għal Spanja biex għelbet lil Cipru sabiex bit-tielet rebħa minn erba’ partiti b’xi mod zammet il-pass mal-Iskozja.

Fit-18-il minuta Spanja fil-vantaġġ wara li Gavi għeleb lil Joel Mall minn azzjoni ta’ Nico Williams. Bi Spanja tiddetta l-partita fit-33 minuta l-iskor sar 2-0. Mill-ġdid minn pass ta’ Williams kien Mikel Merino li għeleb lil Mall. Fid-39 minuta gowl ta’ Alvaro Morata ma kienx ikkonvalidat bil-VAR biex fis-70 minuta minn azzjoni ta’ Dani Carvajal kien Joselu li għeleb lil Joel Mall għat 3-0 . Tlett minuti wara minn azzjoni oħra ta’ Carvajal kien Ferran Torres li għamel l-iskor 4-0 . L-iskor kompla jikber fis-77 minuta permezz ta’ Alex Baena minn azzjoni ta’ Joselu. Is-sitt gowl għal Spanja wasal fit-83 minuta meta minn pass ta’ Rodri reġa kien Ferran Torres li għalaq il-partita għal skor finali ta’ 6-0 għal Spanja.

Fil-Friends Arena, Solna, l-Awstrija barra minn darhom għelbu lill-Iżvezja 3-1.

Tkompli s-serje pożittiva tal-Awstrija li qed jaqsmu l-ewwel post bi 13-il punt mal-Belġju. Wara li l-iskor baqa’ ma nfetaħx sa tmiem l-ewwel taqsima, fit-53 minuta minn azzjoni ta’ Stefan Posch kien Michael Gregoritsch li għeleb lil Robin Olsen biex poġġa lill-Awstrija fil-vantaġġ. Tlett minuti wara kien Marko Arnautovic li minn azzjoni ta’ Marcel Stabitzer ghamel l-iskor 2-0 . Bil-partita deciża fis-69 minuta l-iskor sar 3-0 minn penalty mgħoti u skorjat mill-istess Marko Arnautovic. Fid-90 minuta Żvezja naqqset l-iskor permezz ta’ Emil Holm li minn azzjoni ta’ Dejan Kulusewski għeleb lil Alexander Schlager.

Riżultati:

Belġju 5-0 Estonja

Iżrael 1-0 Belarus

Italja 2-1 Ukrajna

Norveġja 2-1 Georgia

Rumanija 2-0 Kosovo

Spanja 6-0 Ċipru

Żvezja 1-3 Awstrija

Żvizzera 3-0 Andorra