Lokali Unjoni Ewropea

SOTEU: “Il-kontribut tal-ġurnalisti huwa indispensabbli” – Bernard Grech ifaħħar id-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea

B’mod ċar u inekwivoku l-President tal-Kummissjoni Ewropea Ursula von der Leyen enfasizzat it-tifsira tas-saltna tad-dritt.

Sostna dan fuq il-midja soċjali ta’ Twitter il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech b’reazzjoni għad-diskors li għamlet von der Leyen waqt l-iState of the Union fil-Parlament ta’ Strasburgu.

Bernard Grech faħħar lill-President u l-fatt li saħqet li b’mod insistenti li l-kontribut qawwi tal-ġurnalisti huwa indispensabbli jekk irridu nħarsu d-demokrazija.

Il-Kap tal-PN sostna li dan is-suġġett huwa żgur wieħed li jolqot fil-laħam il-ħaj lill-pajjiżna fid-dawl tal-korruzzjoni kontinwa u sfaċċata flimkien ma’ manipulazzjoni istituzzjonalizata.