Internazzjonali

TRAĠEDJA OĦRA FIL-MEDITERRAN: Tarbija ta’ ħames xhur tmut barra l-port ta’ Lampedusa

Huma xokkanti l-aħbarijiet li qed jaslu mill-gżira Taljana ta’ Lampedusa, hekk kif fl-aħħar sigħat kien irrappurtat kif dgħajsa oħra bl-immigranti inqalbet fil-baħar; traġedja li fiha tarbija ta’ ħames xhur tilfet ħajjitha.

Jidher li l-membri tal-Gwardja tal-Kosta Taljana ma laħqux waslu fil-ħin wara s-sejħiet għall-għajnuna.

Rapporti fil-media Taljana qed jindikaw li fuq din il-lanċa kien hemm 46 immigrant – fosthom tifel ta’ 5 xhur li kien ma’ dan il-grupp. Hu mifhum li t-trabija kienet ma’ ommha, li ġiet salvata. Kien għalhekk li l-awtoritajiet Taljani ordnaw biex tingħata għajnuna psikoloġika lill-omm, filwaqt li l-każ jinsab taħt investigazzjoni.