Bejn il-15 u l-20 ta’ Settembru 2023, kontinġent ta’ 50 persuna li jinkludi xejn inqas minn 37 mużiċist tas-Societa’ Filarmonica La Vittoria tal-Mellieħa se jkun qiegħed imur fil-Belt ta’ Adenau fil-Ġermanja fuq stedina tal-Kunsilli tal-Mellieħa u t’ Adenau.
Il-Banda popolari Melleħija ġiet mistiedna għal aktar miinn 9 darbiet biex tirrapreżenta lil pajjiżna barra minn Malta.
Il-Banda se tkun qiegħda tesebixxi żewġ programmi mużikali ta’ livell għoli mir-repertorju mużikali tagħha ġewwa Adenau u quddiesa fil-knisja ta’ San Ġwann Battista bis-sehem tal-La Vittoria Ensemble.
Nhar l-Erbgħa 20 ta’ Settembru, il-Banda ser tkun qiegħda żżur il-Parlament Ewropew u wara ddoqq ġewwa l-famuż Citizens Garden viċin il-Parlament Ewropew fi Brussell. Il-Banda La Vittorja se tkun taħt id-direzzjoni tad-Direttur Mużikali Mro. Ryan Mallia.
Din il-mawra tal-Banda La Vittoria f’Adenau hija parti miċ-ċelebrazzjonijiet f’għeluq il-25 Anniversarju mill-Ġemellaġġ bejn il-Kunsill Lokali tal-Mellieħa u dak ta’ Adenau.
Bħal dejjem, is-Societa’ Filarmonica La Vittoria tħares ‘il quddiem biex tagħmel isem tajjeb lil pajjiżna barra minn xtutna.
//= $special ?>