Id-diskussjoni “Aging with Pride” tefgħet dawl fuq l-isfidi ta’ spiss injorati li jiffaċċjaw l-anzjani queer fi ħdan il-komunità LGBTIQ+. U fl-ispirtu tal-appoġġ għall-Pride u l-valuri ewlenin ta ‘inklussività, imħabba u aċċettazzjoni, il-Forum Opportunitajiet Indaqs tal-Partit Nazzjonalista organizza dan l-avveniment bil-għan li jrawwem gharfien aktar profond tal-esperjenzi uniċi tal-anzjani queer.
Il-President tal-FOIPN Jamie Vella spjega x’sar waqt id-diskussjoni li organizzaw fil-Belt Valletta bħala parti mill-avvenimenti tal-Europride.
Il-kelliema, Christian u Matthew, provdew għarfien komprensiv tal-kwistjonijiet multi-dimensjonali li jolqtu l-anzjanità queer.
Christian Vella indirizza l-aspetti kritiċi tal-promozzjoni tad-drittijiet tan-nies LGBTIQ+ u l-politika rigward dan is-suġġett. Vella fifatt kiteb it-teżi tiegħu dwar dan is-suġġett.
Hu semma kif hemm bżonn iżjed viżibilita’ rigward il-persuni queer fis-settur tas-saħħa, filwaqt li hemm bżonn li l-politika rigward id-drittijiet tagħhom tissaħħaħ – sabiex il-pubbliku jkun aktar infurmat.
Matthew Bartolo tkellem dwar l-oqsma essenzjali tas-saħħa u l-benessri. Hu ddiskuta kif hemm bżonn naġġornaw il-liġijiet antikwati rigward id-drittijiet tal-persuni LGBTIQ+, iżda fakkar ukoll kif kien hemm żvilupp tremend f’dan is-settur. Hu sostna wkoll li hemm bżonn jinħoloq spazju iżjed miftuħ sabiex l-anzjani iħossuhom aktar milqugħa fi ħdan il-kommunita’.
Fl-aħħar elezzjoni ġenerali il-PN permezz tal-FOIPN ippreżenta numru ta’ proposti bil-għan li jiġu indirizzati l-isfidi ta’ persuni LGBTIQ+ t’eta akbar u ser jibqa determinat sabiex dawn l-isfidi jingataw l-attenzjoni u l-importanza meħtieġa.
//= $special ?>