Sport Sport Ieħor

Ċikliżmu: Primoz Roglic jirbaħ is-17-il stadju ta’ La Vuelta

(Ritratt: EPA)

Sar is-17-il stadju tat-Tour ta’ Spanja – La Vuelta bejn Ribadesella sa Altu de l’Angliru fuq medda ta’ 124.5 kilometri.

Suċċess u dominju mit-tim Jumbo Visma bil-kisba tal-ewwel tlett postijiet. Rebaħ is-Sloven Primoz Roglic fi 3 sigħat,15-il minuta u 56 sekonda bi sprint fuq Jonas Vingegaard tad-Danimarka.

Fit-tielet post daħal Sepp Kuss tal-Istati Uniti b’distakk ta’ 19-il sekonda minn Roglic. Kuss daħal bi sprint fuq l-Ispanjol Mikel Landa ta’ Bahrain Victorious.

Fil-klassifika ġenerali, baqa’ fl-ewwel post l-Amerikan ta’ Jumbo Visma Sepp Kuss b’ħin totali ta’ 60 siegħa, 34 minuta u 21 sekonda fuq il-koppja ta’ Jumbo Visma, Jonas Vingegaard b’distakk minimu ta’ tmien sekondi bi Primoz Roglic tas-Slovenja fit-tielet post b’distakk ta’ minuta u 8 sekondi.

L-istadju li jmiss huwa fuq distanza ta’ 179 kilometru bejn Pola de Allende u La Cruz de Linares.