L-għadd sħiħ tat-turisti li waslu Malta f’Lulju tal-2023 kien stmat li jlaħħaq it-325,457, li huwa żieda 17.5% fuq l-istess xahar tal-2022. L-għadd kollu tal-iljieli mgħoddijin kien jgħodd iż-2,532,743, filwaqt li n-nefqa sħiħa għoddha laħqet it-€334.5 miljun.
Il-biċċa l-kbira tal-iljieli (84.3%) kienu mqattgħin fi stabbilimenti taʼ akkomodazzjoni mikrija.
Fl-ewwel sebaʼ xhur tal-2023, it-turisti li waslu Malta laħħqu l-1,614,749, filwaqt li l-għadd sħiħ tal-iljieli mgħoddijin għadda l-10.6 miljun lejl.
Minn Jannar sa Lulju 2023, in-nefqa sħiħa tat-turisti kienet stmata li tlaħħaq il-€1.4 biljun, filwaqt li n-nefqa ras għal ras kienet taʼ €849.
//= $special ?>