Fi tmiem it-tielet ġurnata tal-Kampjonat tan-Nisa Assikura, Hibernians mid-draw kontra Mġarr United kisbu rebħa meritata ta’ 1-0 kontra Lija Athletic b’gowl skorjat fit-tieni taqsima minn Alexis Espitia. F’din il-partita debutt għal goalkeeper Jennifer Galea flok il-veterana Sharon Costantino li kienet riżerva.
Mġarr United immexxija minn Michael Mangion ftit tħabtu sabiex għelbu lil Valletta 4-1 b’żewġ gowls minn Fernanda Peinado, u gowl kull wieħed minn Luana Cabral u Joelma. Debutt għal goalkeeper Giulia d’Antuono. Il-gowl għal Valletta kien skorjat minn Duda Martins.
F’partita oħra Swieqi United għelbu lil San Ġwann bl-iskor kbir ta’ 8-0 .
//= $special ?>