Iċ-ċifra ta’ nies mejta fil-LibJa, mistennija titla’ għal 20,000. Dan hekk kif l-għargħar katastrofiku li laqat lill-belt ta’ Derna l-Ħadd li għadda ħalla devastazzjoni sħiħa.
Il-maltempata Daniel ikkaġunat xita u għargħar estrem, li ħasdu l-ħajja ta’ eluf ta’ persuni. Dan apparti li eluf ta’ residenti spiċċaw kellhom jaħarbu minn djarhom, hekk kif issa t-timijiet lokali tas-salvataġġ komplew jirċievu għajnuna minn timijiet internazzjonali.
Anke pajjiżna ingħaqad ma’ dan l-isforz umanitarju, b’membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili u l-armata, jaslu fil-Libja tard l-Erbgħa filgħaxija.
Ritratt: Sky News
//= $special ?>