Internazzjonali

In-Niġerja: Sigħat ta’ dlam totali għall-poplu

Il-poplu fin-Niġerja qed ibati minn qtugħ tad-dawl jew blackouts kważi totali wara li s-sistema krollat kważi għal kollox. Dan waqt li l-kumpanniji responsabbli mid-distribuzzjoni tal-elettriku qed jippruvaw isibu l-kawża tal-problema li kienet qed tħalli konsegwenzi fuq livell nazzjonali.

Is-sitwazzjojni tant hi serja li l-livelli tad-dawl iġġenerati fid-diversi bnadi tal-pajjiż  laħqu niżlu għal zero megawatts u fost id-diversi problemi kbar għall-ħajja ta’ kuljum.

U waqt li fl-aħħar sigħat kienu restawrati xi provvisti tal-enerġija, dawn kienu qed jagħmlu tajjeb biss għal persentaġġ żgħir ħafna tal-konsum normali fin-Niġerja –il-pajjiż bl-akbar popolazzjoni fil-kontinent kollu tal-Afrika.