L-attakkant ta’ Manchester United Jadon Sancho qed jitħarreġ ‘il bogħod mill-kumplament tal-iskwadra wara l-kontroversja li kellu mal-kowċ Erik Ten Hag. Sancho tħalla barra mill-iskwadra kontra Arsenal fejn saħaq li l-prestazzjonijiet ta’ Sancho waqt it-taħriġ ma laħqux il-livelli mixtieq minnu. Min-naħa tiegħu Sancho irrabatta b’post fuq il-media soċjali fejn qal li dak li qal Ten Hag m’huwiex minnu. Dan wara li aktar kmieni din il-ġimgħa Manchester United ħabbru li Antony wkoll se jkun qed jagħmel xi żmien ‘il bogħod mit-tim sakemm jissolvew l-akkużi kontrih ta’ vjolenza domestika.
//= $special ?>Jadon Sancho jitħarreġ ‘il bogħod mill-kumplament tat-tim
