“Kunu aġenti għal Malta aħjar”.
Hekk stqarr il-Kap tal-PN Bernard Grech, f’indirizz li għamel lill-attivissti li attendew għall-attivita socjali li saretfid-Dar Ċentrali tal-PN il-Ħamis filgħodu.
…bil-Kap tal-PN ifakkar li l-ġimgħa li ġejja se jkunu qed jibdew iċ-ċelebrazzjonijiet ta’ Malta Indipendenti, bit-tema ta’ ‘Ħajja aħjar f’pajjiżna’.
Dan hekk kif il-PN għaddej b’ħidma kontinwa biex pajjiżna jimxi għal direzzjoni aħjar; direzzjoni li kif fisser Bernard Grech, sparixxiet kompletament taħt l-Gvern ta’ Robert Abela.
Il-Kap tal-PN stqarr ukoll li s-serq tal-eluf ta’ ewro fir-racket tal-benefiċċji soċjali, huwa serq minn ħalq l-anzjani u l-vulnerabbli tas-soċjetà. U huwa għalhekk li l-PN se jkompli bil-ħidma tiegħu sabiex l-anzjani jibqgħu fiċ-ċentru tal-policies illi jitfasslu.
Bernard Grech irringrazzja lil dawk preżenti mhux biss għall-kuraġġ li jagħtu lilu iżda għall-fatt li huma stess ta’ kuljum ikunu qed iwasslu il-messaġġ favur il-ħidma tal-PN.
Preżenti għal din l-attività soċjali kien hemm ukoll AnneMarie Grech mart il-Kap tal-PN, is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino u s-Segretarju Eżekuttiv Organizzativ Stefan Caruana.
