Meta jonqos jumejn minn tmiem it-Tour ta’ Spanja ‘ La Vuelta’ it-18-il stadju kien fuq medda ta’ 179 kilometru minn Pola de Allande sa La Cruz de Linares.
Dominju assolut minn Remco Evenepoel tal-Belġju għal Soudal Quick Step f’4 sigħat 47 minuta u 37 sekonda b’distakk sostanzjali ta’ 4 minuti u 44 sekonda fuq it-Taljan Damiano Caruso ta’ Bahrain Victorious u saħansitra distakk vantaġġ ta’ 5 minuti u 10 sekondi fuq id-Daniż Andreas Lorentz Kron ta’ Lotto Dstny.
Fil-klassifika ġenerali, saħħaħ postu fl-ewwel post l-Amerikan ta’ Jumbo Visma Sepp Kuss b’ħin totali ta’ 65 siegħa 31 minuta u 27 sekonda fuq il-koppja ta’ Jumbo Visma, Jonas Vingegaard b’distakk minimu ta’ 17-il sekonda bi Primoz Roglic tas-Slovenja fit-tielet post b’distakk ta’ 1 minuta u tmien sekondi.
L-istadju li jmiss huwa fuq distanza ta’ 177.5 kilometri minn La Baneza sa Iscar.
//= $special ?>