Lokali

“Robert Abela għandu jagħmel dmiru ta’ Prim Ministru u jibqa’ sejjer għand il-Kummissarju tal-Pulizija” – PN

Minflok joqgħod jilgħab logħba partiġġjana u jipprova jdaħħal id-dubji f’moħħ in-nies dwar min jista’ jkun involut fl-iskandlu tal-benefiċċji soċjali, jekk għandu xi informazzjoni, Robert Abela għandu jagħmel dmiru ta’ Prim Ministru u jibqa’ sejjer għand il-Kummissarju tal-Pulizija.

Dan kien il-messaġġ tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista fuq il-media soċjali, fejn kompla li, f’pajjiż serju, il-Kummissarju tal-Pulizija jqum fuq tiegħu u jressaq lil kull min hu involut u mhux jilgħab il-logħba tal-Prim Ministru.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li dan hu skandlu fejn nies fi ħdan il-Partit Laburista għamlu falsifikazzjoni ta’ firem u ffrodaw lill-poplu biex jixtru voti għall-Partit Laburista. Robert Abela ma jistax jiskuża l-ħmieġ li sar u qed isir mil-Gvern tiegħu billi jipprova jilgħab logħba partiġġjana.

Tista taqra l-messaġġ tal-Kap hawn: https://www.facebook.com/bernardgrechmt/posts/pfbid02sJDnSkb9GbW2PxnH5f9CF194tidyVNMRUS28thwiZq8zPUZWiUpNsZFhcy6z8C7Yl