Internazzjonali Mużika

Taylor Swift tiddomina L-MTV Video Music Awards

L-MTV Video Music Awards ilhom isiru mill-1984.

Iżda għall-ewwel darba fl-istorja tal-VMA’s, l-artisti nominati għall-unur artist tas-sena kienu kollha nisa, bil-premju jintrebaħ mill-kantanta Taylor Swift. Għar-reba’ darba, hi rebħet ukoll il-premju tal-aqwa music video bil-kanzunetta tagħha “Anti-Hero”.

Taylor Swift iddominat il-premjiet ta’ din is-sena, hekk kif rebħet ukoll l-unur għall-aqwa kanzunetta tas-sena, l-aqwa show tas-sajf, album tas-sena, l-aqwa kanzunetta pop, l-aqwa direzzjoni ta’ music video, l-aqwa ċinematografija kif ukoll l-aqwa effetti viżwali. Biex b’hekk rebħet total ta’ 9 premjiet matul il-Video Music Awards.

Fl-istess serata, il-kantanta Ice Spice rebħet il-premju tal-aqwa artista ġdida, filwaqt li il-kategorija tal-aqwa grupp intrebħet minn Blackpink li rebħu ukoll l-aqwa koreografija.

Il-kantanta Shakira kienet l-ewwel artista Latino-Amerikana li rebħet il-premju tal-Video Vanguard – premju li jiċċelebra l-kontribut u l-impatt tal-artisti kemm fuq videos mużikali kif ukoll fuq il-kultura popolari.

Matul is-serata kien hemm ukoll diversi artisti li ippartecipaw fosthom Måneskin, Demi Lovato, Doja Cat, u Nicki Minaj.