Sport Sport Ieħor

Tennis: Illum jintlagħabu s-semi finali tal-Anniversary Singles Open 2023

Birkirkara Tennis Club kompla bil-kompetizzjoni marbuta mal-Anniversary Singles Open 2023. .

Illum, ġurnata tas-semi finali fejn fil-kategorija tal-irġiel Matthew Asciak jilgħab kontra Mark Gatt wara li fil-kwarti finali għeleb lil Ben Farrugia f’żewġ sets 6-0 ; 6-1 filwaqt li Mark Gatt għeleb lil Claude Camilleri Bonici 6-4 ; 6-0.

Fit-tieni semi finali Dwayne Pullicino jilgħab kontra Bas de Laat.

Fil-kwarti finali Pullicino għeleb lil Hegoi Jauregui f’żewġ sets 6-4 ; 6-0 filwaqt li Bas de Laat għeleb lil Daniel Sammut 6-0 ; 6-1.

Fit-tieni semi finali tan-nisa il-konfront bejn Emma Montebello u Bertha Anne Mayo wara li fl-ewwel semi finali Marina Tawdrws li eliminat lil Elisa Buħagiar 6-4 b’Buħagiar irtirat fis-tieni set.

F’din is-17-il edizzjoni tal-Anniversary Singles Open ta’ Birkirkara Tennis Club fejn il-finali jintlgħabu l-Ġimgħa filgħaxija, ħadu sehem xejn anqas minn 67 plejer minn 16-il pajjiż.