L-eks numru wieħed fid-dinja tat-tennis Simona Halep tar-Rumanija ingħatat sospensjoni ta’ erba’ snin mit-tennis internazzjonali għal żewġ reati ta’ doping li wettqet. Dan tħabbar mill-Aġenzija Internazzjonali għall-Integrità tat-Tennis.
Simona Halep ta’ 31 sena ġiet sospiża proviżorjament minn Ottubru tas-sena li għaddiet wara li rriżultat pożittiva għas-sustanza li tagħti spinta fid-demm magħrufa bħala Roxadustat .
Dan seħħ fl-Open tal-Istati Uniti fl-2022.
F’Mejju, id-darbtejn champion tal-Grand Slam tas-singles ġiet akkużata bit-tieni ksur kontra d-doping relatat ma’ irregolaritajiet fil-Passaport Bijoloġiku tal-Atleta.
Iż-żewġ akkużi nstemgħu minn tribunal indipendenti f’rapport ta’ aktar minn 8000 paġna kif ukoll 51 kampjun tad-demm ta’ Halep
Simona Halep, li b’hekk ilha provviżorjament sospiża minn Ottubru 2022, mhux se tkun tista’ terġa’ tilgħab f’tournaments ta’ tennis professjonali sas-6 ta’ Ottubru 2026.