Futbol Sport

X’bidliet għamlu fl-iskwadra t-timijiet tal-Kampjonat Premier bi preparazzjoni għall-istaġun 2023/24?

Tintemm l-istennija!! Għada l-Ġimgħa fis-Centenary Stadium jingħata bidu għall-Kampjonat BOV Premier 2023/24 bil-partita bejn Marsaxlokk u n-neo promossi Naxxar Lions.

Bħalma jiġri dejjem, matul is-sajf, it-timijiet kienu impenjati fis-suq ta’ trasferimenti b’akkwisti ta’ plejers Maltin kif ukoll dawk barranin, bit-tama li l-iskwadra tissaħħaħ bl-aħjar mod possibbli u tkun preparata għal staġun ta’ logħob fl-ogħla diviżjoni.

Ħamrun Spartans, Birkirkara, Balzan u Gżira United kellhom inqas ħin biex jagħmlu dawn l-irtokki minħabba l-fatt li kienu involuti fil-kompetizzjonijiet Ewropej u għalhekk il-preparamenti għal dawn it-timijiet bdew minn qabel.

Iċ-champions Ħamrun Spartans, li waslu sat-Tielet Round ta’ kwalifikazzjoni tal-Europa Conference League, akkwistaw xejn inqas minn disa’ plejers dan l-istaġun, tmien barranin u lill-eks Valletta u Hibernians fost l-oħrajn Joseph Zerafa. Minn dawn bla dubju li spikka l-eks goalkeeper Internazzjonali Taljan Federico Marchetti li ngħaqad mal-Ispartans wara li Henry Bonello kellu injury li ħallietu barra għal diversi ġimgħat.

Akkwistaw: Nemanja Krstic, Yuliyan Nenov, Uros Djuranovic, Federico Marchetti, Joseph Zerafa, Elionay, Hamza Sani, Karlo Bilic u Seth Paintsil

Ċedew: Elvis Mashike, Matthew Guillaumier, Kalle Holmberg, Dodo, Matthew Mifsud (self), Bjorn Buhagiar (self), Zeron Azzopardi (self), Christopher Galea (self), Rodrigo Callegari u Vinícius

Birkirkara, rebbieħa tal-FA Trophy l-istaġun li għadda, ukoll għamlu tibdil konsiderevoli fl-iskwadra, b’xejn inqas minn 11-il plejer ġdid, 9 barranin u żewġ plejers Maltin li huma l-attakkanti internazzjonali Malti Alex Satariano u Omar Elouni, li l-istaġun li għadda lagħab ma’ Sliema Wanderers. L-istripes tilfu wieħed mill-aqwa barranin li kellna l-istaġun li għadda, Enzo Cabrera li reġa’ lura fl-Arġentina mal-club tiegħu Newl Old Boys qabel ma’ issa ngħaqad b’self ma’ Ethnikos Achna f’Ċipru.

Akkwistaw: Enmy Peña Beltre, Alexander Satariano, Jovan Pajovic, Wéverton , Babacar Tounkara, Omar Elouni, Bravo, Manuel De Filippis, Maxuell Samurai, Marcel Zapytowski (self), Ítalo Montaño  

Ċedew: Lecão, Cain Attard, Matteo Fedele, Ryan Scicluna, Dall’Oca, Adam Camilleri, Jed Valletta (self), Giacomo Nava, Enzo Cabrera , Jean Paul Farrugia

Balzan l-istaġun li għadda reġgħu urew li huma forza fil-futbol Malti meta spiċċaw fit-tielet post u kkwalifikaw għall-kompetizzjoni Ewropea. Fattur importanti li kellhom l-istaġun li għadda kien l-attakkant Kolombjan Angel Torees li dan l-istaġun mhux se jkun parti mill-iskwadra hekk kif ingħaqad ma’ Central Coast Mariners fl-A-League fl-Awstralja. Minbarra akkwisti ta’ barranin ġodda, Balzan għamlu akkwist importanti ieħor, dak tal-internazzjonali Malti Jake Grech, rebbieħ tal-isbaħ gowl tal-istaġun 2022/23, wieħed mit-13 li skorja fil-kampjonat l-istaġun li għadda.

Akkwistaw: André Fausto Prates, Aleksandar Katanic, Peter Olawale, Danilo Golovic, Tristan Caruana, Leonardo, Manyluak Aguek, Jake Grech, Awosanya Oluwatobiloba Dimeji (self), Ryohei Michibuch, Evandro Gomes

Ċedew: Ángel Torres,Matheus de Souza, Gary Camilleri, Bojan Kaljevic, Bogdan Mladenovic, Duván Torres, Neil Frendo, Jonathan Debono, Leonardo Agius, Evandro Gomes, Adam Bradshaw (self), Jake Pisani (self), Delvin N’Dinga, Alexander Satariano

Rivoluzzjoni sħiħa minn Gżira United hekk kif mhux sigriet li din is-sena naqqsu n-nefqa drastikament, tant li kellhom ineħħu uħud mill-aqwa elementi, fosthom id-duo fl-attakk, l-aqwa skorer tal-kampjonat Jefferson de Assis u Maxuell Maia, b’dan tal-aħħar jibqa’ f’Malta ma’ Birkirkara. Madankollu, Gżira, bħal Ħamrun, fl-Ewropa waslu sat-tielet round ta’ kwalifikazzjoni tal-Conference League fejn ġew eliminati minn Viktoria Plzen tar-Repubblika Ċeka.

Akkwistaw: Wilkson, Farid Romero, Adama Sane, Bilario Azizi, Carlos Chabá, Ryan Essaka, Hasan Gomda, Aiden Pisani

Ċedew: Marko Cosic, Clive Gauci, Neil Borg, Jefferson de Assis, Nicky Muscat, Luke Tabone, Toni Kolega, Maxuell Samurai, Steve Pisani, Jean Paul Attard (self), Ricardo Correa, Kevaughn Atkinson

Mosta, tim magħruf għall-akkwisti ta’ plejers Afrikani, partikolarment minn Niġerja, dan l-istaġun ġabu erba’ plejers Niġerjani u neħħew tlieta. L-istaġun li għadda l-Mostin kellhom staġun pożittiv fejn bi ftit aktar fortuna saħansitra setgħu anke jagħmluha għal post fl-Ewropa, iżda issa weħed irid jara x’effett se jkollu t-tluq tal-attakkant Christ Ememe, li l-istaġun li għadda skorja 10 gowls. Plejer ieħor li l-istaġun li għadda kien utli għall-Mostin kien Roderick Briffa li dan l-istaġun issieħeb ma’ Pietà Hotspurs fiċ-Challenge League.

Akkwistaw: Maxmillian İhekuna, Isah Aliyu, Gustavo Chará, Sasha Cachia, Saviour Nwafor, Akpan Udoh, Jean Paul Farrugia (self), Willie Britto, Moussa Camara

Ċedew: Evo Christ Ememe, Boubakary Diarra, Kaishu Yamazaki , Tyron Farrugia, Eziefula Chibueze Glamour, Roderick Briffa, Andrej Nakov, Matteo Vella, Duane Bonnici, Chidera Okoh (self), Steve Kingue, Férébory Doré, Mark Lushchayev, Luciano Camilleri

Bla dubju li Hibernians kienu d-diżappunt tal-istaġun 2022/23, fejn mhux talli ma rnexxielhomx jiddefendu t-titlu mirbuħ fl-2021/22, iżda lanqas biss għamluha mal-ewwel erbgħa u spiċċaw fis-sitt post. Kampanja akkwisti bieżla wkoll għal tal-Pagun fejn akkwistaw xejn inqas minn 12-il plejer fejn minbarra plejers barranin ġodda rritornaw magħhom il-midfielders Johann Bezzina u Ayrton Attard, b’dan tal-aħħar jirritorna wara esperjenza mill-aqwa ma’ Marsaxlokk l-istaġun li għadda. Kif diġà semmejna, Hibernians tilfu lill-midfielder Jake Grech li ngħaqad ma’ Balzan kif ukoll lil Dunstan Vella li ngħaqad ma’ Floriana u għalhekk f’nofs il-ground Attard u Bezzina jistgħu jkunu huma li jimlew dan il-vojt.

Akkwistaw: Giannis Bastianos, Claudio Bonanni, Binu Bairam, Armen Hovhannisyan, Johan Bezzina, Luizinho Guedes, Jonathan Debono, Samuel Okoh, Rodney Antwi, Aléx Bruno, Eriks Santos

Ċedew: Dunstan Vella, Lorenzo Fonseca, Yunusa Muritala, Joseph Zerafa, Gabriel Mensah, Daneel Abela, Justin Haber, Ryan Vella , Connor Zammit, Jake Grech, Gabri Izquier, Thaylor, Ali Diakité, Gonzalo Llerena, Jairo Morillas, Marko Jovicic,Andrei Agius (irtira), Joao Vitor Florencio

Huwa evidenti l-entużjażmu ġdid li jinħass fil-klenn ta’ Floriana fejn wara l-ħatra tal-eks plejer ta’ Juventus Mauro Camoranesi bħala kowċ, il-Furjaniżi qed jaspiraw li bil-bażi li kien hemm diġà kif ukoll b’numru ta’ akkwisti ġodda, jerġgħu jkunu ta’ sfida denja wara d-diżappunt fl-istaġun li għadda fejn spiċċaw fis-seba’ post tal-klassifika.

Akkwistaw: Maksim Volodko, Dunstan Vella, Matheus de Souza, Alexandros Kouros, Sean Mintoff

Ċedew: Daniel Agius (self), James Scicluna (self), Emiliano Callegari Torre , Lorenzo Trillò, Alen Melunovic

Valletta spiċċaw bl-istess numru ta’ punti daqs ir-rivali tagħhom Floriana l-istaġun li għadda, pożizzjoni li  għalkemm issa rrepetiet ruħha għal tliet staġuni konsekuttivi, żgur li mhux dak li jippretendi kull Belti hekk kif huma mdorrijin jirbħu jew tal-inqas jisfidaw għal wieħed mill-unuri li joffri l-futbol Malti. Xejn inqas minn 12-il akkwist ġdid minn Valletta, b’numru ta’ plejers mill-Amerika t’Isfel, primarjament mill-Arġentina, il-Kolombja, u l-Brażil. Ritorn wara ħames snin għall-attakkant Brażiljan Jhonnattann Benites li wieħed issa jrid jara kemm għadu validu dan il-plejer li issa jgħodd 34 sena. Bejn il-lasti Valletta akkwistaw lil Jake Galea, b’dan se jkun ritorn għalih fil-kampjonat Premier wara esperjenza fil-Lussemburgu.

Akkwistaw: Juan Bolaños, Santiago Ferraris, Fernando Barrientos, Luka Susnjara, Marcus Simmons, Jhonnattann Benites, Federico Vega, Diego Cardoso, Jake Galea, Victor Luiz, Donnys Quintero, Neil Anthony Micallef

Ċedew: Enmy Peña Beltre, Kilian Bevis, Eslit Sala, Andrea Zammit, Ulrich N’Nomo, Llywelyn Cremona, Joseph Willy, Ryan Camilleri, Tristan Caruana, Niltinho, Alessandro Guarnone, William Jebor

Sirens fl-aħħar jiem ukoll kienu fl-aħbarijiet relatati mas-suq ta’ trasferimenti hekk kif huma ffirmaw xejn inqas minn tmien plejers mill-Ghana, proprju mingħand l-istess tim, iċ-champions tal-pajjiż Madeama SC. Minbarra dawn Sirens akkwistaw plejers oħra mill-Brażil, mill-Kolombja u mill-Ġermanja, apparti lil Daniel Agius b’self mingħand Floriana.

Akkwistaw: Hafiz Mohammed Akadom ,Charles Agyemang, Tiago Bettim, Jonathan Perea, Elijah Ceesar, Prosper Boakye Owusu, Mukhtar Moro, Daniel Opoku, Daniel Agius (self), Kwasi Donsu (self), Joshua Agyemang (self), Frank Boateng

Ċedew: Ivan Kolev, Gabriel Ventura, Rei Tachikawa, Jacob Walker, Kei Sano, Armah Vaikainah, Sean Cipriott, Marcelo Muniz, Matthew Grech, Adrian Borg, Siraj Arab, Andreas Vella, Stéphane Sessègnon

Tim ieħor li neħħa ħafna mill-plejers li staġun ilu kienu jifformaw parti mill-iskwadra huwa Gudja United , issa taħt it-tmexxija ta’ Jesmond Zammit f’dik li se tkun it-tieni esperjenza għalih bħala kowċ ta’ dan it-tim. Gudja neħħew xejn inqas minn 15-il plejer fosthom Juan Bolanos, Andre Prates u Vito Plut, tliet plejers li kienu parti importanti mill-iskwadra. L-akkwisti l-ġodda jammontaw biss għal 5 u għalhekk wieħed irid jara x’saħħa se jkollu dan it-tim biex jevita li jkun wieħed mill-aħħar erbgħa fil-klassifika.

Akkwistaw: Sean Cipriott, Walter Serrano, Gabriel Mensah, Gianluca Lorenzoni, Yaren Sözer, Shaisen Attard (self)

Ċedew: Juan Bolaños, André Prates, Tatsuro Nagamatsu, Nicolas Navarrete, Samuel Gomes, Hubert Vella, Vito Plut, Farid Romero, Johan Bezzina, Glenn Zammit, Jean Claude Bugeja, Manuel Bartolo, Tensior Gusman, Neil Anthony Micallef, Divaio Kolf,

Numru ta’ bidliet ukoll fl-iskwadra tal-finalisti tal-FA Trophy Marsaxlokk, li mhux biss bidlu numru ta’ plejers iżda kellhom bidla wkoll fit-tmexxija. Dan l-istaġun, Winston Muscat se jkun qed imexxi lix-Xlukkajri minflok l-Arġentin Pablo Doffo, li ngħaqad ma’ Swieqi United fiċ-Challenge League. Fost il-plejers li telqu lill-klabb jispikka l-midfielder ta’ 22 sena Ayrton Attard li reġa’ rritorna ma’ Hibernians wara staġun b’self, fejn bla dubju kien wieħed mill-aħjar elementi ta’ Marsaxlokk. Akkwist importanti li għamlet l-amministrazzjoni huwa l-midfielder Nikolai Muscat li ngħaqad magħhom mingħand Gżira United.

Akkwistaw: Fernandinho, Jacob Walker, Gary Camilleri, Weder Silva, Armah Vaikainah, Ryan Scicluna, Dall’Oca, Daniel Zerafa, Justin Haber, Anson Saliba, Yago Ramon, Jake Ghio, Nikolai Muscat, Duane Bonnici, Yuri Messias, Anthony Obonogwu

Ċedew: Santiago Ferraris, Peter Xuereb, Claudio Bonanni, Walter Serrano, José Luis Gamonal,Daniel Agius, Dejan Vukovic, Ryan Scicluna, Ayrton Attard, Edafe Uzeh, Terence Vella, Jeremy Delmar, Fredrick Tabone, Peter Paul Sammut, Ryan Tonna, Kristian Keqi, Vamara Sanogo, Alfred Effiong (irtira)

Santa Lucia l-istaġun li għadda żgiċċaw għal darb’oħra r-relegazzjoni permezz ta’ play-off kontra Żejtun Corinthians. L-amministrazzjoni jidher li ħadmet tajjeb matul is-sajf fejn għamlu akkwisti importanti bħal dak tal-midfielder tat-tim nazzjonali Steve Pisani u tal-midfielder eks Gudja Tatsuro Nagamatsu. Plejer li jista’ jinħass in-nuqqas tiegħu huwa l-midfielder Ukren Yevgeniy Terzi li ħalla lis-Saints biex irritorna fl-ogħla diviżjoni tal-Latvja ma’ Super Nova.

Akkwistaw: Tatsuro Nagamatsu, Arthur, Hulk, Patrick, Evandro Gomes, Célio, Lucas Sena, Matthias Ellul, Steve Pisani, Adam Bradshaw (self), Jed Valletta (self), Sven Xerri (self)

Ċedew: Léo Bahia, Patrick Mota, Liam Ayad, Binu Bairam, Robert Gegedosh, Rodolfo Soares, Thomas Rier, Emerson Camilleri, Matthias Vella, Lorenzo Fonseca, Yevgeniy Terzi, Kyrian Nwoko

Ritorn mill-ewwel mal-kbar għal Sliema Wanderers wara staġun fiċ-Challenge League u mill-ewwel l-amministrazzjoni flimkien mal-kowċ Paul Zammit bdew jaħdmu biex tissaħħaħ l-iskwadra u Sliema jerġgħu jkunu tim stabbilit fl-ogħla diviżjoni tal-futbol Malti. Akkwisti importanti bħal dawk tal-eks difensur ta’ Valletta Jean Borg, l-attakkant Vito Plut, l-eks midfielder ta’ Lazio Joseph Minala u l-eks Gudja, il-Brażiljan Samuel Gomes. Il-Wanderers ċedew numru ta’ plejers ukoll fosthom Jean Paul Farrugia b’self ma’ Mosta u Omar Elouni li ngħaqad ma’ Birkirkara.

Akkwistaw: Karim Aboubakar, Samuel Gomes, Jean Borg, Vito Plut, Joseph Minala, Denis Kouao, Neil Frendo, Rael, Gustavo Alcino

Ċedew: Jean Carlos, Omar Elouni, Sebastian Grech, Gabriel Aquilina, Jean Paul Farrugia (self), Brite Anayochi Ihuomah (self), Neil Frendo, Darren Borg

Fl-aħħar u mhux l-inqas, ritorn għal Naxxar Lions fil-Kampjonat Premier wara assenza ta’ ħames snin. Realistikament il-ġlieda kontra r-relegazzjoni mhux se tkun waħda faċli, anke meta wieħed jikkunsidra li dan l-istaġun iridu jkunu relegati erba’ timijiet, u Naxxar għandhom biċċa xogħol iebsa biex jilħqu t-tragward. Però fil-futbol kollox jista’ jiġri u fil-passat rajna sorpriżi minn timijiet li jkunu għadhom fl-ewwel staġun tagħhom fl-ogħla diviżjoni. Akkwist importanti għat-tim immexxi minn George Vella huwa dak tal-Ġappuniż Takuma Yamaguchi, li għalkemm l-eks tim tiegħu Pietà kien relegat l-istaġun li għadda, huwa kien wieħed mill-aħjar barranin li rajna fil-kampjonat BOV Premier. Naxxar akkwistaw lura wkoll lil midfielder ta’ esperjenza Darren Falzon li l-istaġun li għadda lagħab fiċ-Challenge League ma’ Tarxien Rainbows.

Akkwistaw: Fernando Barbosa, Takuma Yamaguchi, Nikolai Micallef, Pablo, Maicon, João Moura, Elizeu

Ċedew: Jonathan Bajada, Robinson Blandón, Jurgen Suda, Clive Gauci, Yenz Cini, Connor Zammit