Dylan Cassar rebaħ it-tmien ranking tournament organizzat mill-Malta Blackball Federation wara li fil-finali għeleb lil Tony Drago bl-iskor ta’ 10-3.
Kif jindika l-iskor,Dylan Cassar iddomina għal kollox dan il-konfront u minkejja l-isforzi ta’ Drago, kien diffiċli sabiex ilaħħaq mal-preċiżjoni tal-avversarju.
Cassar fetaħ vantaġġ sostanzjali ta’ 8-1 u għalkemm Drago rebaħ iż-żewġ frames ta’ wara, hu baqa’ konċentrat sal-aħħar biex għalaq il-partita 10-3.
F’aktar finali li kien hemm f’ dan it-tmien tournament, Casdy Vella rebaħ il-kategorija ta’ taħt it-23 sena meta għeleb lil Owen Cassar 9-4 filwaqt li fis-sezzjoni tas-seniors ta’ ‘l fuq minn 40 sena, Clint Grima għeleb lil Chris Galea 10-7.
Edmond Fenech rebaħ il-kategorija Masters ta’ ‘l fuq minn 50 sena meta ddomina 10-4 kontra Dennis Zammit filwaqt li Alfred Micallef rebaħ il-Grandmasters ta’ aktar minn 60 sena wara li għeleb 8-2 lil Noel Felice.
//= $special ?>