Il-Gvern Ċiniż mhux jikkummenta dwar l-għajbien mill-pubbliku tal-Ministru tad-Difiża Li Shangfu fost spekulazzjoni li hu spiċċa vittma ta’ kampanja qalila kontra l-korruzzjoni li fiha tneħħew diġà diversi uffiċjali ewlenin.
Il-Ġeneral Li ilu ma jidher fil-pubbliku għal ġimgħatejn u lanqas ma attenda għal xi laqgħat li kienu jinvolvu d-dekasteru tiegħu.
Intant, Rahm Emanuel, bħala r-Rappreżentant tal-Istati Uniti għall-Ġappun, kien fost l-ewwel li qajjem spekulazzjoni dwar id-destin ta’ Li Shangfu u fejn, f’kumment sarkastiku, irrefera għar-‘rati tal-qgħad preżenti fost l-amministrazzjoni ta’ Bejing’.
In-nuqqas ta’ Li isegwi t-tkeċċija ta’ diversi uffiċjali mal-militar Ċiniż, bis-sorsi fl-Istati Uniti u ċ-Ċina wkoll qed jindikaw li Li Shangfu qed jitneħħa mill-kariga mingħajr l-ebda spjegazzjoni min-naħa ta’ Beijing.
//= $special ?>