Membri ta’ Nature Trust Malta ħelsu lura fil-baħar mill-Ġnejna lill-fekruna bl-isem ta’ Freedom wara li kienet ġiet salvata mill-Bijoloġista Adriana Vella waqt riċerka li kienet qed tagħmel dwar il-baħar.
Freedom kienet ġiet salvata f’Ġunju 2022 wara li nstabet issofri minn ġrieħi serji kaġun ta’ skrun ta’ dgħajsa. Hi kienet qed tingħata l-kura minn Nature Trust f’rijabilitazzjoni tagħhom.
Adriana Vella, flimkien ma’ tim sħiħ li qed jaħdmu għall-proġett Sea Marvel, għaddejja bi studju dwar ir-riskji li wieħed isib fil-baħar u li jaffetwaw lilll-bijodiversità kaġun tal-impatt uman.
//= $special ?>