Lokali

“Il-PN ma jridx li l-PBS ikompli jnaqqar id-dritt tal-poplu Malti u Għawdxi li jirċievi l-informazzjoni kollha u vera”

Il-Partit Nazzjonalista jilqa’ b’sodisfazzjon id-deċiżjoni tal-Qorti biex il-kawża kostituzzjonali li fetaħ il-Partit Nazzjonalista kontra l-PBS u l-Awtorità tax-Xandir tinstema’ b’uġenza.

Il-Partit Nazzjonalista ma jridx li l-PBS ikompli jnaqqar id-dritt tal-poplu Malti u Għawdxi li jirċievi l-informazzjoni kollha u vera. Għaldaqstant, mhux se jħalli lil Robert Abela u lill-Gvern tiegħu jipprovaw jiċċensuraw lil min ma jaqbilx mad-diska tagħhom minn fuq ix-Xandir Pubbliku, li qed jintuża’ daqslikieku hu xi magna ta’ propaganda tal-Labour.

Fl-istess waqt, il-Partit Nazzjonalista jrid jara wkoll li l-Awtorità tax-Xandir ma tkunx kompliċi meta ma tieħux il-miżuri kollha meħtieġa biex tassigura li jkun hemm verament bilanċ fix-xandir.

Il-kawża kienet ippreżentata mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino flimkien mal-Avukati Paul Borg Olivier u Francis Zammit Dimech.