Lokali

Imnedija l-iskeda l-ġdida ta’ NET TV u NET FM

Minn drama għal sports. Minn diskussjonijiet għal programmi ta’ kultura u tradizzjonijiet. Uċuħ ġodda, u personalitajiet li illum huma stabbiliti mat-telespettaturi.

Din hija t-taħlita mill-isbaħ li se toffri l-iskeda l-ġdida ta’ Net Television; skeda li matula se tkun qed titwassal drama ħames darbiet fil-ġimgħa.

Fil-fatt, Net Media se tippreżenta d-drama l-ġdida Dell Minsi kull nhar ta’ Tnejn filgħaxija, kif ukoll id-drama bl-isem Erbgħa Għal Erbgħa. Dan apparti li se jitwassal it-tieni staġun ta’ Żerniq kull nhar ta’ Ħamis, u Għeruq is-Sibt filgħaxija.

Fuq Net Television ukoll, l-appuntament ma’ Simpatiċi mit-Tnejn sal-Ġimgħa fit-3:20pm, u anke d-drama KC kull nhar ta’ Ħadd fl-4pm.

Il-programmi LIVE bejn it-Tnejn u l-Ġimgħa jibdew mis-1pm – Bejnietna, flimkien ma’ Stephanie Chircop, Ġimgħa b’Ġimgħa ma’ Josef Bonello, u wara l-aħbarijiet tas-6pm jirritorna l-programm ta’ diskussjoni NETLIVE.

Net News iżomm l-appuntament solitu tiegħu fis-7:30pm, segwit mill-programm Tlaqna – kollha produzzjonijiet li joffri divertiment, dibattitu dwar temi kurrenti, u l-aqwa servizzi LIVE b’dak kollu li jkun qed iseħħ matul il-ġurnata.

L-iskeda hi waħda imżewqa ferm: It-Tlieta filgħaxija jixxandar il-programm ġdid bl-isem ‘Lejlet il-festa’, il-Ġimgħa ‘Flusek’ li jżomm l-appuntament tiegħu…segwit mill-programm ta’ Dione Borg ‘Opinjoni’.

Ma jonqsux ukoll programmi bħal ‘Meander Arti u Kultura’, ‘JienInt’, ‘Family Affair’, ‘Jekk Jogħġobkom’ u ‘Magħkom’. Dan apparti l-programmi ġodda ‘Spotlight’ preżentat minn Trevor Degiorgio u l-produzzjoni bl-isem ‘Il-Proprjetà’ preżentat minn Rebecca Toutoungi.

Il-Ħadd, il-programm ‘Analiż’…segwit minn ‘Bżar u Melħa’, illi se jkun aktar minn sempliċi programm tat-tisjir.

Ix-xandiriet tal-Ħadd ikomplu bil-programm ‘Sport Extra’ li issa daħal fis-26 edizzjoni tiegħu u l-programm ‘Vuċi għall-Annimali’. Dan filwaqt li l-ġurnata tagħlaq permezz tal-programm poplari ‘Replay’.

Intant, anke Net FM se jkun qed joffri skeda mill-aqwa għas-semmiegħa, bi programmi varji sa minn kmieni filgħodu.