“L-ebda mara tqila m’għandha tħossha waħedha”.
Dan qalu l-Arċisqof Charles J Scicluna fid-diskors li wassal il-Ħamis waqt il-ftuħ tal-hub tal-Life Network f’Santa Venera.
‘Id f’Id’ huwa l-isem ta’ dan il-hub, illi twaqqaf bil-għan li jgħin lill-ommijiet fit-tqala tagħhom, u familji żgħar – ċentru li se jkun qed joffri għajnuna lill-familji u l-ommijiet li jsibu ruħhom f’diffikultà.
Dan il-hub huwa estensjoni tas-servizzi diġa’ offruti mil-Life Network, li jinkludu servizz tat-telefon 24 siegħa fil-ġurnata, servizz ta’ outreach fil-komunità u d-dar tal-maternità ‘Dar tgħanniqa ta’ omm’.
Fil-hub se jkun qed jiġi offrut ukoll servizz tal-counsilling…u se jkun qed joffri affarijiet bżonnjużi għal dawn il-familji, inkluż oġġetti tal-maternità, ġugarell, ħwejjeġ tat-trabi u ikel fost l-oħrajn. Fl-aħħar erba’ snin aktar minn 200 familja irċevew l-għajnuna, anke permezz tal-Life Line pregnancy helpine – servizz li qed jiġi offrutbis-saħħa ta’ donazzjonijiet ġenerużi li tirċievi l-Fondazzjoni Life Network.
