Lokali

Jispiċċa jitbissem meta mistoqsi jekk hux se jirriżenja

Jumejn wara li l-Awditur Ġenerali laqa’ talba li jkun investigat l-infieq ta’ kważi €137 miljun li l-Kummisjoni Maltija tal-Films għamlet minn flus il-poplu …. la l-Kumissarju tal-Films u lanqas il-Ministru tat-Turimu ma riedu jwieġbu dwar kif qed jintefqu dawn il-miljuni kollha. Bil-Ministru Clayton Bartolo jipprova jdawwar il-mistoqsijiet tal-ġurnalisti f’ballun politiku.

F’konferenza tal-aħbarijiet…kemm Bartolo kif ukoll Johann Grech, baqgħu ma spjegawx id-diskrepanza bejn l-ammont ta €137 miljun li qed jingħataw lil kumpaniji barrani meta mqabbel ma dak li suppost jieħdu l-Maltin – u dak li l-industirja suppost tħalli fl-ekonomija Maltija.

U f’nofs din il-kontroversja kollha, il-Kummissarju Johann Grech ħass li hi xi ħaġa tad-daħq il-fatt li ġie mistoqsi għandux jirriżenja.

U hekk kif il-Kummissarju tal-Films ma kienx kapaċi jwieġeb il-mistoqsijiet li sarulu, kellu jaqbez il-Ministu Clayton Bartolo jwieġeb hu minfloku… billi jirrispondi bl-aktar mod partiġġjan.

S’issa…skont iċ-ċifri ppubblikati mill-Kummissjoni Ewropea dwar l-iState Aid, jirriżulta li l-Kummissjoni tal-Films ħallset, jew obbligat ruħha li tħallas, l-ammont globali ta’ aktar minn €144 miljun minn fondi pubbliċi f’ħames snin favur diversi kumpaniji privati; għalkemm €137 miljun intefqu fuq benefiċjarji barranin.