F’pajjiżna bħalissa għaddejin ċ-ċelebrazzjonijiet tal-EuroPride, bl-iskop li jiżdied l-għarfien dwar il-komunità LGBTIQ+.
Fost iċ-ċelebrazzjonijiet, se jkun qed isir marc is-Sibt wara nofsinhar, fejn il-komunità LGBTIQ+ f’pajjiżna se tkun qed ittemm ġimgħa ta’ feteġġjamenti li jduru madwar l-imħabba. U kien propju għalhekk, li erba’ delettanti Maltin ingħaqdu sabiex jibnu dan il-karru.
NetNews tkellem ma’ wieħed mill-artisti Chalie Briffa, illi spjega kif dan il-karru, li juri persuna bil-ġwienaħ, jirrappreżenta l-ferħ li wieħed jesperjenza fl-imħabba.
Hu spjegalna illi dan il-karru jinkludi ħafna ħsieb warajh għaliex apparti l-arti, jinvolvi ukoll il-makkinarju u r-riżorsi umani.
Dan il-karru se jkun parti mill-marc li jilhaq il-qofol tieghu fi Pjazza Tritoni. U warajh, isir il-kuncert fuq il-fosos tal-Furjana.
//= $special ?>