Greta Thunberg, li hi fost l-aktar attivisti famużi favur il-ħarsien tal-klima, qed tiffaċċja akkużi li ma obdietx direttiva tal-pulizija biex titlaq minn zona, viċin il-port ta’ Malmo, fejn kienet qed issir protesta kontra l-użu tal-fossil fuels.
Dan ukoll wara li Thunberg, xhur qabel, kienet anki ikkundannata għal azzjoni simili meqjusa bħala illegali fiċ-ċirkustanzi.
F’Lulju li għadda, Greta Thunberg kienet weħlet multa talli rifjutat li titlaq minn protesta organizzata fi triq li tintuża għat-trasport taż-żejt mill-port ta’ Malmo. U wara l-verdett, Thunberg u attivisti oħra kienu ritornaw fil-port fejn mill-ġdid kienu żgumbrati mill-pulizija.
Intant, Thunberg għandha tattendi proċess ieħor tal-qorti fis-27 ta’ Settembru – bil-prosekuturi qed jinsistu li d-dimostrazzjoni tal-24 ta’ Lulju ( fejn Thunberg kienet il-protagonista) kienet saret mingħajr awtorizzazzjoni valida.
//= $special ?>