Internazzjonali

L-Ukrajna: Is-sitwazzjoni umanitarja mistennija taqleb għall-agħar matul ix-xitwa

In-Nazzjonijiet Uniti temmen li s-sitwazzjoni umanitarja fl-Ukrajna għandha taqleb sew għall-agħar aktar mal-gwerra tilħaq livelli intensivi. U filwaqt li l-qawwiet Ukreni, bħalissa, qed jippruvaw jaħtfu lura t-territorji ( ta’ pajjiżhom) li tilfu lill-Armata tar-Russja, in-NU, din is-sena, qed tippjana biex tipprovdi għajnuna umanitarja lil xi 11-il miljun Ukren.

Saviano Abreu, kelliem għall-Uffiċċju tan-NU għall-Koordinazzjoni tal-Affarijiet Umanitarji fl-Ukrajna, qed jara li ż-żieda fl-attakki tal-qawwiet Russi ħalliet impatt inevitabbli għall-ħajja tal-Ukreni, bl-effetti se jkomplu jinħassu għat-tul taż-żmien. Hawnhekk ukoll spikkat il-qerda tal-infrastruttura importanti għaċ-ċivili.

It-tkomplija tal-gwerra matul il-ġimgħat li ġejjin għandha żżid il-ħteġiet tal-popolazzjoni Ukrena, bin-NU qed tistenna li s-sitwazzjoni umanitarja fl-Ukrajna taqleb ‘għall-agħar’ skont il-kriterji li spikkaw waqt l-ewwel sitt xhur tas-sena.

Il-qilla tax-xitwa se tibda tinħass dalwaqt fl-Ukrajna u bl-istaġun iżid il-livell tas-sogru u l-ħteġiet għall-poplu meta eluf ma għandhomx aċċessi għall-ilma, il-gass jew mezzi għas-sħana….Sitwazzjoni li qed tikkumplika ċ-ċirkustanzi diġà allarmanti għal poplu li ilu jbati minn aktar minn sena u nofs ta’ gwerra.