MARSAXLOKK………………..5
NAXXAR L……………………..1
Marsaxlokk: M. Drobnjak, W. Soares Da Silva, D. Zerafa (Y. Sousa Gomes 64’), N. Muscat, Y. De Jesus Messias, J. Walker, G. Camilleri, L. Aguirre (D. Bonnici 82’), D. Pires Dall’Oca (J. Ghio 77’), J. Gomes Junior (D. Mifsud 77’), A. Obonogwu (S. Akinbule 64’).
Naxxar L: M. Debono, N. Micallef, F. Barbosa Pereira (A. Azzopardi 82’), N. Pace Cocks (G. Bonanno 82’), P. Servo De Carvalho, E. Cerqueira Farias (D. Falzon 77’), R. Cassar, E. Espirito Santo (R. Mercieca 77’), M. Moreira Da Silva, M. Da Souza Da Silva, J. Moura Cardoso (J. Ellul 77’).
Referee: Slobodan Petrovic
Skorjaw: Y. Messias 15’, 89’, N. Muscat 38’, J. Gomes Junior 54’, P. Servo de Carvalho 58’,
BOV Player tal-Logħba: Yuri Messias (Marsaxlokk)
Marsaxlokk kellhom bidu mill-aqwa meta bl-iktar mod konvinċenti għelbu lil Naxxar Lions 5-1.
Yuri Messias kien il-protagonista tax-Xlukkajri b’doppjetta u diversi azzjonijiet oħra. Għal-Lions ir-ritorn fil-Premier kien wieħed diffiċli fejn kienu evidenti problemi fid-difiża speċjalment fit-tieni taqsima. Minkejja r-riżultat negattiv Naxxar xorta kellhom il-mumenti tajbin tagħhom fejn fl-ewwel taqsima kellhom diversi azzjonijiet ta’ skor.
Wara kwarta logħob Marsaxlokk fetħu l-iskor meta Obonogwu niżżel il-ballun tajjeb lejn Messias li b’xutt mil-ewwel spara l-ballun fix-xibka.
Fit-38 minuta Marsaxlokk irduppjaw meta minn azzjoni ta’ freekick id-difiża ta’ Naxxar ma tajjritx il-ballun u Nikolai Muscat skorja b’xutt mill-ewwel fil-baxx.
Disa’ minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima Marsaxlokk għalqu definitivament il-logħba bit-tielet goal b’azzjoni ta’ Messia li qassam lejn Gomes Junior li minn qagħda angolata spara fix-xibka. Erba’ minuti wara Naxxar naqqsu l-iskor b’azzjoni tajba ta’ Moreira Da Silva li żmarka lil Servo De Carvalho li skorja b’xutt fil-baxx.
Ir-raba’ gowl tax-Xlukkajri fis-70 minuta meta minn azzjoni ta’ freekick kien is-sostitut Akinbule li b’xutt bomba xeħet fix-xibka. Minuta mit-tmiem il-player tal-logħba Messias skorja l-ħames goal b’xutt fil-baxx milll-viċin.
//= $special ?>