Il-Ministru Michael Falzon jinsab fic-centru tal-kontroversja sħiħa marbuta mal-iskandlu tal-beneficcji socjali. Iżda bħal Robert Abela, lanqas hu ma jrid iġorr reponsabbilta politika.
Dan intqal mill-Ministru Falzon waqt li l-Ġimgħa kien qed jindirizza lill-ġurnalisti flimkien mal-Ministru Byron Camilleri. B’Michael Falzon jispiċċa jgħid li din mhix kwistjoni politika. Dan minkejja li fic-centru ta’ dan l-iskandlu kien hemm żgur – mill-inqas – deputat wieħed tal-Labour.
Intant, l-istess Ministru qalilna wkoll li l-Gvern ġabar lura €350,000 mill-flus li nsterqu sa issa mill-beneficcji socjali. U allura fadal ħafna biex jiġu irkuprati il-miljuni li ġew sparpaljati għand nies li ma kinex ħaqqhom għajnuna.
Fil-Qorti, sa issa, tressqu biss uħud min-nies li ħadu dawn il-flejjes. Iżda ħadd mill-hekk imsejħa “ħut il-kbir” għadu ma tressaq. U ħadd ma jaf fiex waslu l-investigazzjonijiet tal-Pulizija.
//= $special ?>