Internazzjonali

SURREY: Missier, stepmother u ziju akkużati bl-allegat qtil ta’ tifla ta’ 10 snin

Urfan Sharif ta’ 41 sena, is-sieħba tiegħu Beinash Batool ta’ 29 sena, u ħu Sharif, Faisal Malik ta’ 28 sena qed jiġu akkużati bl-allegat qtil ta’ Sara Sharif, bint Sharif stess.

It-tifla, li kellha 10 snin, kienet instabet bla ħajja fl-10 ta’ Awwissu fid-dar tagħha stess, fir-Renju Unit. L-awtopsja sabet li t-tifla esperjenza diversi ġrieħi serji qabel ma mietet u feriti oħra li urew li kienet ilha ssofri minn abbuż.

It-tliet persuni telqu lejn il-Pakistan mir-Renju Unit lejliet is-sejba tat-tifla. Huma ġew arrestati fl-Ajruport ta’ Gatwick l-Erbgħa filgħaxija wara li niżlu minn titjira li kienet ġejja minn Dubai.

Il-ħamest aħwa ta’ Sara li għandhom bejn sena u 13-il sena vvjaġġaw ukoll lejn il-Pakistan. Wara l-arresti, it-tfal instabu kollha fid-dar ta’ missier Urfan Sharif.