Fi Stade Pierre Mauroy, Lille minn Grupp A Franza għelbu lill-Urugway 27-12.
Mir-rebħa ta’ 23-13 kontra New Zealand, Franza mmexxija minn Fabien Galthie kisbet it-tieni rebħa fil-grupp u pass ‘l bogħod biex tgħaddi għar-rawnd li jmiss.
Matul l-ewwel taqsima wara fit-3 minuta minn penalty Melvyn Jaminet poġġa lil Franza 3-0 minn fuq.
L-Urgugwaj marru 5-3 fil-vantaġġ bi try ta’ Nicolas Freitas. Madankollu sa tmiem l-ewwel taqsima, li ntemmet 13-5, għal Franza, wara try ta’ Antoine Hastoy kien Jaminet li għamel conversion u penalty.
Fit-tieni taqsima reazzjoni mill-Urugwaj bi try minn Baltazar Amaya u conversion ta’ Felipe Etcheverry biex l-iskor sar 13-12.
Madankollu fis-56 minuta wara try ta’ Peato Mauvaka kien mill-ġdid Melvyn Jaminet li b’conversion għamel l-iskor 20-12. Fis-76 minuta l-iskor sar 27-12 minn try ta’ Louis Bielle Blarrey u conversion ta’ Jaminet. Skor li biħ intemmet ukoll il-partita.
//= $special ?>