Sport Sport Ieħor

Tennis: Magħrufa l-finalisti tal-Anniversary Singles Open 2023

Fil-court principali ta’ Birkirkara Tennis Club, illum jintlgħabu l-finali tas-17-il edizzjoni tal-Anniversary Singles Open 2023 organizzata minn Birkirkara Tennis Club, f’liema edizzjoni ħadu sehem xejn anqas minn 70 plejer minn 16-il pajjiż.

Il-finali tal-irġiel hija bejn in-numru 1 Matthew Asciak kontra Dwayne Pullicino.

Fl-ewwel semi finali Asciak iddomina u għeleb lil Mark Gatt f’żewġ sets 6 -0 ; 6-1.

Dwayne Pullicino għeleb lil Bas de Laat fejn wara li ddomina l-ewwel set li rebaħ 6-0, minkejja reazzjoni minn de Laat, rebaħ ukoll it-tieni set 7-5.

Fit-tieni semi finali tan-nisa Emma Montebello għelbet lil Bertha Anne Mayo f’żewġ sets 6-2 ; 6-0 sabiex fil-finali tilgħab kontra Marina Tawdrws.