Anzjana ta’ 73 sena residenti San Ġwann weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara.
L-inċident seħħ is-Sibt filgħodu għall-ħabta tad-8:45 fi Triq Tuman Fenech.
Il-Pulizija marret fil-post u minn investigazzjoni li saret irriżulta li l-anzjana ntlaqtet minn karozza misjuqa minn raġel ta’ 50 sena residenti Birkirkara stess.
Tim mediku mar fil-post sabiex jassisti filwaqt li ambulanza ħadet lill-anzjana l-Isptar Mater Dei għall-kura meħtieġa.
Aktar tard hija ġiet iċċertifikata li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>