Internazzjonali

Arrestat talli qabeż il-ħitan viċin ta’ Buckingham Palace

Fis-sigħat bikrin tas-Sibt, għall-ħabta tas-2:30 ħin lokali, raġel inqabad mill-pulizija qrib ir-Royal Mews maġenb Buckingham Palace.

L-awtoritajiet ġew infurmati wara li raġel deher tiela’ ma’ ħajt u dieħel fuq in-naħa ristretta ta’ Buckingham Palace. Wara tfittxija, l-uffiċjali qabdu individwu ta’ 25 sena barra l-istalel fir-Royal Mews, li jinsabu wara l-ġnien tal-palazz.

Scotland Yard iċċarat li r-raġel fl-ebda ħin ma kiser is-sigurtà ta’ Buckingham Palace jew tal-ġonna. Madankollu, huwa kien arrestat talli nqabad f’sit protett. Ir-raġel qed jinżamm fl-għassa ta’ Londra.

Fortunatament, l-ebda membru tal-Familja Rjali ma kien preżenti f’Buckingham Palace waqt dan l-inċident.