Brighton kisbu rebħa li mhux mistennija iżda xejn sorprendenti, barra minn darhom kontra Manchester United bl-iskor ta’ 3-1. Wara l-kontroversja ma’ Jadon Sancho u Antony, tkomplu tiżdid il-pressjoni fuq il-kowċ ta’ Manchester United Erik Ten Hag li għadu jrid isib l-aħjar formazzjoni tiegħu dan l-istaġun. Brighton fetħu l-iskor fl-20 minuta meta Simon Adingra għadda lejn l-eks tal-partita Danny Welbeck li xeħet wara Onana għal 1-0.
Fil-41 minuta Manchester United ħasbu li kisbu l-gowl tad-draw permezz ta’ Rasmus Hoejlund, iżda wara konsultazzjoni mal-VAR il-gowl tiegħu ma kien ikkonvalidat wara li l-ballun deher li qabeż il-linja l-bajda qabel wasal għand id-Daniż. Fit-tieni taqsima Brighton irdoppjaw mat-53 minuta permezz ta’ Pascal Gross, qabel Joao Pedro issiġilla l-partita u għamilhom tlieta fil-71 minuta. Għal Manchester United Hannibal Mejri skorja l-gowl tal-konsolazzjoni żewġ minuti wara.
Tottenham wettqu rimonta drammatika fl-aħħar minuti tal-partita biex għelbu lil Sheffield United bl-iskor ta’ 2-1. Sheffield United marru fil-vantaġġ fit-73 minuta permezz ta’ Gustavo Hamer. Tottenham kisbu d-draw fit-98 minuta minn Richarlison, qabel żewġ minuti wara kien Dejan Kulusevski li aċċerta mir-rebħa għal Spurs.
Liverpool ukoll kellhom jiġu minn gowl minn taħt biex iddominaw il-kumplament tal-partita b’rebħa ta’ 3-1 fuq Wolves. Għal Wolves fetaħ l-iskor Hwang Hee-Chan fis-6 minuta b’Cody Gakpo jġib id-draw għal Liverpool fil-55 minuta. Andy Robertson tefa’ lil Liverpool fil-vantaġġ fil-85 minuta qabel awto gowl ta’ Hugo Bueno ta’ tliet punti lit-tim immexxi minn Jurgen Klopp.
Illum: Wolves v Liverpool 1-3, Aston Villa v C’Palace 3-1, Fulham v Luton T. 1-0, Man Utd. v Brighton 1-3, Tottenham v Sheff Utd. 2-1, West Ham v Man City 1-3, Newcastle v Brentford 1-0
Għada: Bournemouth v Chelsea 4.00pm, Everton v Arsenal 5.30pm
It-Tnejn: Nott. Forest v Burnley 8.45pm