Formula 1 Sport

Carlos Sainz se jibda l-Grand Prix ta’ Singapore mill-Pole Position

Is-sewwieq ta’ Ferrari Carlos Sainz se jkun qed jibda mill-Pole Position f’Singapore b’ħin ta’ 1:30.904. Hu għeleb l-isfida tas-sewwieq ta’ Mercedes George Russell fejn daħal 0.072 sekondi wara Sainz, b’Charles Lelcerc ikollu jikkuntenta bit-tielet post.

Tellieqa diżastruża għal Redbull fejn kemm Max Vertappen kif ukoll Sergio Perez kellhom itemmu l-provi qabel fit-tieni rawnd ta’ kwalfiikazzjoni. Verstappen se jkun investigat ukoll għal tliet inċidenti seperati fejn tellef lil Logan Sargeant kif ukoll lil Yuki Tsunoda fil-ħruġ tagħhom mill-pit lane.

Intant, Lando Norris se jibdaw mir-raba’ post sewit minn Lewis Hamilton fil-ħames post. Fis-sitt post s ejibda Kevin Magnussen, segwit minn Fernando Alonso, Esteban Ocon u Nicol Hulkenberg.