Karozzi jieħdu n-nar f’Santa Venera

Daħna kbira ħakmet Triq il-Kanun, f’Santa Venera dan hekk kif nirien ħakmu xi vetturi fit-triq.

Uffiċjali tal-Pulizija u membri tal-Protezzjoni Ċivili jinsabu fuq il-post, fejn ntefa’ n-nar minnufieħ.

Sa issa mhux konfermat jekk hemmx nies involuti f’dan in-nirien. Filwaqt li għadu mhux magħruf x’ikkawża dan in-nirien.

Id-daħna sewda, dehret minn diversi lokalitajiet madwar Malta.