Provi ġodda ikomplu jikkonfermaw l-involviment ta’ nies qrib il-Partit Laburista, illi huma involuti direttament fl-iskandlu tas-serq mill-benefiċċji soċjali. Dan skont xhieda li tkellmu fl-ahhar sighat ma’ NetNews.
F’intervistà esklussiva ma’ dan l-istazzjon, persuna li hi viċin ħafna ta’ professjonist involut f’dan ir-racket, spjegat kif il-proċess li wieħed irid jgħaddi minnu biex jieħu benefiċċji soċjali li ma ħaqqux jieħu, hu wieħed faċli.
Dan hekk kif, dan il-psikjatra Malti, jitħallas 5,000 ewro fi flus kontanti sabiex allegatament jiffalsifika dokumenti mediċi li jwasslu għall-approvazzjoni ta’ fondi mill-benefiċċji soċjali għal persuni li m’għandhom l-ebda kundizzjoni medika.
F’din l-intervistà komplew jissaħħu l-provi kontra l-Partit Laburista u l-Gvern, hekk kif il-psikjatra li allegatament jipprovdi dokumenti foloz, huwa persuna b’konnessjonijiet b’saħħithom fil-Labour.
Tant hu hekk, li l-psikjatra – dejjem skont ix-xhieda li ingħatajna – hu magħruf għal-għajnuna li joffri fis-serq tal-benefiċċji soċjali….serq li jinħeba permezz tal-konnessjonijiet tiegħu fil-Partit Laburista.
Il-persuna li tkellmet magħna semmiet ukoll individwu viċin tagħha, ilu jieħu l-benefiċċji soċjali, mingħajr ma għandu l-ebda kundizzjoni medika; flus li ilu jiehu għal dawn l-aħħar 10 snin taħt il-Gvern tal-Labour.
Intant, il-persuna stqarret li l-istess individwu li qed jieħdu l-benefiċċji soċjali, b’ċertifikati mediċi ffalsifikati, imorru għax-xogħol tagħhom ta’ kuljum.
Dan ifisser, li l-Gvern qed japprova li persuni jieħdu benefiċċji soċjali għax ma jisgħux jaħdmu minħabba l-kundizzjoni tagħhom, meta fil-verita…xorta qed jaħdmu ta’ kuljum.
Il-persuna li tkellmet ma’ NetNews, spjegat kif quddiem dan ir-racket skandaluż ….tħossha traduta mill-Gvern ta’ Robert Abela.
Dan hekk kif qed jippermeti serq u frodi minn ħalq l-poplu Malti….serq mill-persuni li jaħdmu ta’ kuljum biex jaqilgħu l-għejxien tagħhom….serq mill-persuni li veru għandhom bżonn l-benefiċċiji soċjali.
//= $special ?>