Rowen Camilleri
GŻIRA U……………….0
HIBERNIANS………..4
Gżira U: D. Cassar, G. Bohrer, T. Aldama (A. Borg 46’), Z. Scerri, M. Dias (D. Pace 84’), Macula (R. Essaka 64’), F. Zuniga, B. Borg (Ewertton 75’), J. Wilkson (B. Azizi 64’), T. Espindola, J. Mendoza
Hibernians: I. Kone, A. Attard, J. Degabriele, B. Kristensen (L. Caruana 39’), Z. Grech (A. Vallejo 85’), S. Okoh (F. Apap 75’), A. Bruno, A. Antwi (A. Hovhannisyan 75’), E. Santos, L. Guedes (E. Mangles 85’), G. Bastianos
Imwissija: Macula 4’, G. Bohrer 36’ (G), S. Okoh 12’ (H)
Tkeċċa: Z. Scerri 45+2’ (G)
Skorjaw: G. Bastianos 25’, A. Attard 38’, J. Degabriele 47’, 59’ (H)
Referee: Ishmael Barbara
Assistenti Referees: Duncan Spencer u James Muscat
Il-Mument Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
BOV Plejer tal-logħba: Jurgen Degabriele (Hibernians)
Hibernians bdew l-istaġun ħafna aħjar milli spiċċaw dak preċedenti meta fit-tieni logħba li kellna s-Sibt fl-Istadium Nazzjonali, għelbu lil Gżira United 4-0. Meta kienu diġà 2-0 minn taħt, Gżira qalgħu daqqa ta’ ħarta meta ftit qabel il-mistrieħ tkeċċa għalihom il-captain Zach Scerri.
L-ewwel azzjoni denja ta’ nota waslet fit-13-il minuta minn free-kick ta’ Macula fil-baxx li jkun milqugħ f’żewġ tentattivi minn Kone biex żewġ minuti wara fuq in-naħa l-oħra, Guedes jgħaddi lejn Degabriele fil-kaxxa, b’dan tal-aħħar jipprova xutt mill-isbaħ u mhux b’inqas ikun is-save ta’ Cassar qabel mad-difiża tajjret il-periklu.
Għaddiet biss minuta u Gżira jerġgħu perikolużi din id-darba jkun protagonist il-goalkeeper ta’ Hibernians Kone meta l-ewwel b’siequ jilqa’ x-xutt ta’ Wilkson biex mir-rebound ikun Macula li ukoll prova xutt fil-baxx b’Kone jerġa jilqa’ b’siequ.
Hibernians jiftħu l-iskor fil-25 minuta bi ġmiel ta’ gowl tal-plejer Grieg Giannis Bastianos li minn qagħda angolata u minn tarf il-kaxxa jispara xutt fl-angolu tax-xibka, b’Cassar li ma seta’ jagħmel xejn.
Fit-38 minuta Hibernians jagħmluhom tnejn meta kien Ayrton Attard li niżżel il-ballun b’sidru u fajjar xutt minn barra l-kaxxa li spiċċa fl-angolu.
Hibernians marru viċin it-tielet fl-44 minuta fejn kien Akowuah Antwi li b’ġirja veloċi qata’ lil Marcelo Dias u minn qagħda angolata prova xutt fil-baxx li ħabat mal-wieqfa, bid-difiża taħt paniku titfa’ f’korner.
Ftit qabel il-mistrieħ Gżira spiċċaw jilagħbu b’għaxra meta tkeċċa għalihom il-captain Zach Scerri b’karta ħamra diretta.
Hibernians komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima u żewġ minuti biss mill-bidu tat-tieni 45 minuta skorjaw it-tielet gowl permezz ta’ xutt mill-viċin ta’ Jurgen Degabriele.
Degabriele għaqqad doppjetta fid-59 minuta meta b’ċertu elegenza tefa’ wara Cassar wara li rċieva mingħand Alex Bruno bl-iskor isir 4-0.
Minn dan il-ħin ‘il quddiem Hibernians setgħu jikkontrollaw tajjeb il-partita, bi Gżira li b’għaxra minn nies u b’erba’ gowls żvantaġġ ftit setgħu jagħmlu aktar ħlief li jevitaw li jaqilgħu aktar gowls bl-iskor finali jkun dak ta’ 4-0.
