Formula 1 Sport

Ferrari dominanti fl-ewwel jum ta’ provi

(Ritratt: EPA)

Iż-żewġ Ferraris iddominaw l-ewwel jum ta’ provi fil-Grand Prix ta’ Singapore li se jsir għada l-Ħadd.

Fl-ewwel sessjoni ta’ provi kien Charles Leclerc l-iktar veoċi meta kiseb ħin ta’ 1:33.350. Hu kien segwit mit-tieni Ferrari ta’ Carlos Sainz filwaqt li Max Verstappen kiseb it-tielet l-aħjar ħin.

Fit-tieni sessjoni baqgħu iż-żewġ Ferrari fuq quddiem iżda kien Sainz l-iktar veloċi segwit minn Leclerc u George Russell.

Din it-tieni sessjoni kienet negattiva għar-Red Bull fejn Sergio Perez kiseb is-seba’ post u Max Verstappen it-tmien pożizzjoni.