Lokali

IL-ĦADD: Bernard Grech mal-Għawdxin

Ritratt: Matthew Tabone

Il-Ħadd filgħodu, il-Kap tal-PN Bernard Grech se jkun qed iqatta’ ġurnata mal-Għawdxin. Dan bħala parti mill-programm ta’ attivitajiet li se jwasslu għall-festi tal-Indipendenza.

Mis-Sibt, Bernard Grech se jkun f’Għawdex fejn illejla se jattendi għal attività soċjali organizzata mill-Kumitat Reġjonali.

Imbgħad, il-Ħadd, Bernard Grech se jkun qed iżur fost l-oħrajn in-Nadur, Għajnsielem u r-Rabat.

Il-festi tal-Indipendenza organizzati mill-PN jiftħu nhar it-Tnejn fi Pjazza Tritoni, u jilħqu l-qofol tagħhom l-Erbgħa bil-mass meeting indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista. Wara, ikun hemm spettaklu fuq il-palk, segwit mit-tlugħ tal-bandiera Maltija.