Inter umiljaw lil Milan fi Stadio San Siro meta għelbuhom bl-iskor ta’ 5-1 f’partita li huma ddominaw mill-bidu sal-aħħar. B’din ir-rebħa Inter żammew posthom fil-quċċata tal-klassifika b’punti massimi mill-erba’ logħbiet milgħuba. Inter fetħu l-iskor wara biss ħames minuti meta l-cross shot ta’ Di Marco kien mxellef ġewwa minn Henrikh Mkhitaryan.
Fit-38 minuta gowl mill-isbaħ ta’ Marcus Thuram irdoppja l-iskor għal Inter. Milan naqqsu d-distakk fis-57 minuta meta Olivier Giroud żmarka lil Rafael Leao li xeħet fix-xibka għal 2-1. Minn azzjoni ta’ Lautaro Martinez reġa’ kien Henrikh Mkhitaryan li xeħet fix-xibka għal 3-1 fid-69 minuta, qabel Hakan Calhanoglu għamilhom erba’ mill-ħdax-il metru fit-72 minuta. Inter skorjaw il-ħames u l-aħħar gowl fit-93 minuta meta Mkhitaryan għadda lejn Davide Frattasi li mattar saqajh u xeħet fix-xbibka għal skor finali ta’ 5-1.
Fl-Allianz Stadium rebħa ta’ 3-1 għal Juventus fuq Lazio. Huma fetħu l-iskor wara għaxar minuti logħob b’gowl ta’ Dusan Vlahovic qabel Federico Chiesa rdoppja fis-26 minuta. Lazio naqqsu d-distakk fl-64 mintua permezz ta’ Luis Alberto, qabel ma reġa’ kien Dusan Vlahovic li minn pass ta’ Weston McKennie xeħet fix-xibka għa 3-1.
Draw sorpredenti għal Napoli ta’ 2-2 barra minn darhom għand Monza. Genoa marru żewġ gowls vantaġġ permezz ta’ Mattia Bani u Mateo Retegui, b’Napoli jiksbu d-draw b’gowl ta’ Gianluca Raspodori u Mateo Politano.
Illum: Juventus v Lazio 3-1, Inter v Milan 5-1, Genoa v Napoli 2-2
Għada: Cagliari v Udinese 12.30pm, Frosinone v Sassuolo 3.00pm, Monza v Lecce 3.00pm, Fiorentina v Atalanta 6.00pm, Roma v Empoli 8.45pm
It-Tnejn: Salernitana v Torino 6.30pm, Verona v Bologna 8.45pm