Lokali

Jitwaqqfu 105 vettura waqt spezzjonijiet tat-traffiku

F’lejl ta’ spezzjonijiet f’Tas-Sliema, seba’ persuni nżammu b’rabta ma’ immigrazzjoni rregolari
u permessi ta’ residenza skaduti. Dawn flimkien ma’ persuni oħra li nżammu wara li nstabu li
kienu qegħdin isuqu karozzi Y-Plates mingħajr il-permessi neċessarji ta’ Transport Malta. Kien
hemm anke żewġ vetturi li ġew irmunkati.

Din il-ħidma qiegħda ssir bħala parti minn spezzjonijiet kontinwi, ikkoordinati mill-Pulizija,
flimkien ma’ Transport Malta, Jobs Plus u s-Servizzi tad-Detenzjoni, bil-għan li jinżammu toroq
aktar siguri.

Fi ftit sigħat twaqqfu 105 vettura. Il-maġġoranza ta’ dawk imwaqqfa kienu qed iħarsu r-regoli
u fejn ma kienux, ittieħdet azzjoni immedjata. Fl-ispezzjonijiet saru tfittxijiet fil-vetturi, iċċekjar fuq il-Y Plates u l-permessi relatati, kif ukoll verifikazzjonijiet tad-dokumenti ta’ residenza b’rabta mal-immigrazzjoni rregolari.

Fost kontravenzzjonijiet oħra, nstabu sewwieqa mingħajr liċenzja, liċenzji mhux imwaħħla, u użu ta’ mobile phones waqt is-sewqan.

Il-Korp tal-Pulizija jtenni li l-awtoritajiet tal-infurzar qed jingħaqdu b’mod kontinwu bil-għan li
f’Malta u f’Għawdex ikun hawn toroq siguri. filwaqt li jappella biex ikunu mħarsa rregolamenti għax jekk kulħadd jieħu ħsieb xulxin, ikunu evitati konsegwenzi mhux mixtieqa.