Il-Mexxej tal-Korea ta’ Fuq Kim Jong Un għamel żjara f’ajruport fir-Russja, fejn spezzjona bombers, missili u bastimenti tar-Russja.
Milqugħ mill-Ministru tad-Difiża tar-Russja, Kim Jong Un ingħata ħarsa ġenerali lejn l-ajruplani formidabbli mgħammra b’missili.
Din iż-żjara kompliet iżżid it-tħassib għall-Istati Uniti u l-Korea t’Isfel, li jibżgħu li l-kollaborazzjoni li qed tikber bejn Moska u Pyongyang tista’ tagħti aċċess lil Kim Jong Un għal teknoloġija sensittiva tal-missili Russi, li potenzjalment tista’ tbiddel id-dinamika militari strateġika fir-reġjun.
//= $special ?>