“Kemm hu diffiċli taħfer! U kemm hawn fostna li ngħaddu minn tbatijiet kbar għax xi ħadd weġġagħna jew għax aħna weġġajna lil xi ħadd u ma jridx jaħfrilna! Ħafna minn dawn il-weġgħat inġorruhom magħna għal żmien twil u jistgħu jkunu kawża ta’ mard tal-ġisem u tal-moħħ.”
Dan qalu l-Isqof t’Għawdex Mons Anton Teuma f’Ittra Pastorali bit-tema “Ibqa’ Magħna, Mulej”…ittra għall-ftuħ tas-Sena Pastorali.
Din it-tema ntagħżlet propju għaliex meta nħossuna maħfura tassew u maħbuba minn Ġesù, inħossu l-paċi f’qalbna. Dan hekk kif il-maħfra tkabbarna fir-rispett lejn l-annimali, is-siġar u n-natura ta’ madwarna. Din il-maħfra nesperjenzawha l-aktar fit-talb kif ukoll fis-Sagrament tal-Qrar.
Monsinjur Teuma qal li t-talb huwa d-djalogu tagħna mal-Missier, u l-Qrar huwa l-wirja tal-imħabba mimlija ħniena tal-Missier lejna wliedu.
Huwa fakkar kif il-bidu tal-iskola jġib miegħu ħafna impenji kemm għat-tfal, kemm għaż-żgħażagħ u kemm għall-ġenituri. Dan filwaqt li awgura sena skolastika mimlija tagħlim għall-moħħ u għall-qalb. Huwa awgura wkoll lill-ġenituri, li mat-taħbit tax-xogħol tagħhom jibdielhom il-ġiri tal-isport, mużika u arti tat-tfal, u saħaq biex ma jpoġġux fl-aħħar post it-tagħlim tal-Katekiżmu tagħhom u ta’ wliedhom, b’mod speċjali jekk l-ulied qed iħejju ruħhom għas-Sagramenti tal-Qrar, it-Tqarbin jew il-Griżma tal-Isqof.
//= $special ?>