Samoa fetħu l-impenji tagħhom fit-Tazza tad-Dinja tar-Rugby b’rebħa ta’ 43-10 fuq iċ-Ċile. Ċile marru fil-vantaġġ minn try ta’ Matias Dittus qabel Samoa kisbu l-kontroll tal-partita fit-tieni taqsima. L-eks internazzjonali Awstraljan Christian Leali’ifano skorja 14-il punt fl-ewwel taqsima, bi try lejn tmiem il-partita min Duncan Paia’aua. Fit-tieni taqsima Samoa iddominaw il-partita bit-tries jaslu permezz ta’ Jonathan Taumateine, Frtiz Lee u żewġ tries minn Sama Malolo.
Illum: Samoa v Ċile 43-10, Wales v Portugall 28-8, Irlanda v Tonga tard.
Għada: Afrika t’Isfel v Rumanija 2.00pm, Awstralja v Fiji 4.45pm, Ingilterra v Ġappun 8.00pm