Lokali

Skeda mimlija bi programmi varji

L-iskeda l-ġdida ta’ Net Television u Net FM li ġiet preżentata l-Ġimgħa toffri għażla varjata immens ta’ programmi anke għax-xhur tax-Xitwa, minn Jannar ‘il quddiem.

Fil-fatt, minn Jannar, se jirritorna l-programm ‘Profili’ u l-programm ‘Persjani Imbexxqa. Dan apparti programmi ġodda bħal ‘Tradizzjonijiet għall-Ġimgħa l-Kbira’, ‘Ma’ Malcolm fil-Kċina’, ‘Għadni Ħaj’, ‘Int Tagħmilha?’ u ‘Saħħtek l-Ewwel’

Apparti minn hekk, Net Television diġa; beda jaħdem fuq l-iskeda tar-Rebbiegħa – skeda li se tara r-ritorn tal-programm ‘Fuq Tlieta’, segwit minn programm ġdid bl-isem ‘Flashback’…u l-programm ‘Vale’.

Dawn il-programmi ikomplu jibnu fuq l-iskeda b’saħħitha ta’ Net Media li ġiet preżentata l-Ġimgħa, għall-Ħarifa u x-Xitwa. Bil-programm kollha se jibdew mit-2 ta’ Ottubru.

Anke Net FM se jwassal diversi produzzjonijiet mill-iskeda l-ġdida, fejn is-semmiegħa se jkunu qed jilqgħu mill-ġdid fi djarhom lil Stephanie Chircop u anke lil Roderick Agius – li se jieħu f’idejh il-programm popolari ‘Feedback’.

Ix-xandiriet ta’ Net FM jiftħu bil-vuċi ta’ Indri Attard, segwit minn Eileen Montesin, u Marbeck Spiteri.

Wara l-aħbarijiet ta’ nofsinhar, Dione Borg iżomm l-appuntament tiegħu bil-programm Kuntatt…segwit minn Charles Saliba.

Fil-weekend imbgħad, il-breakfast show se jkun preżentat minn Sergio Carbonaro, filwaqt li anke Angela Coleiro se żżomm l-appuntament tagħha mas-semmiegħa ta’ Net FM.